Home » Aħbarijiet
Category Archives: Aħbarijiet
Recent Posts
- Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali għall-Ġimgħa Mqaddsa 2021 fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Soc. Fil. Naz. La Valette
- Skeda Speċjali għall-Ġimgħa Mqaddsa fuq Radio City 98FM
- Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali għall-Festa ta’ San Pawl 2021
- Awguri – 2021
- Quddies b’suffraġju għal ruħ il-membri mejtin
Categories
Arkivji
Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali għall-Ġimgħa Mqaddsa 2021 fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Soc. Fil. Naz. La Valette
Il- Ħadd 28 ta’ Marzu 2021 – Ħadd il-Palm
11.00am – Quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Palm – Live Mill-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta
It-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021
5.30pm – Liberanos
domine – Sett ta’ Via Sagra, Mużika
u Eżerċizzi Spiritwali – Jipprietka Fr Victor
Paul Farrugia l-1 parti
6.40pm – Karattri – l-1 programm ta’ diskussjoni dwar karattru mill-passjoni
7.45pm – In Memoriam – Marċi
Funebri mill-Arkivji l-1 Parti
It-Tlieta 30 ta’ Marzu 2021
5.30pm – Liberanos
domine – Sett ta’ Via Sagra, Mużika
u Eżerċizzi Spiritwali – Jipprietka Fr Victor
Paul Farrugia t-2 parti
6.40pm – Karattri – It-2 programm ta’ diskussjoni dwar karattru mill-passjoni
7.45pm – In Memoriam – Marċi
Funebri mill-Arkivji t-2 Parti
L-Erbgħa 31 ta’ Marzu 2021 – L-Erbgħa tat-Tniebri
5.25pm – Il-Mewt
tar-Re – Poeżija
għal żmien ir-Randan
5.30pm – Liberanos domine – Sett ta’ Via Sagra, Mużika u Eżerċizzi
Spiritwali – Jipprietka Fr Victor Paul Farrugia
t-3 parti
6.40pm – Karattri – It-3 programm ta’ diskussjoni dwar karattru mill-passjoni
7.45pm – In Memoriam – Marċi
Funebri mill-Arkivji t-3 Parti
Il-Ħamis l-1 t’ April 2021 – Ħamis ix-Xirka
4.10pm – In Memoriam – Marċi Funebri mill-Arkivji r-4 Parti
5.30pm – Liberanos domine – Sett ta’ Via Sagra, Mużika u Eżerċizzi Spiritwali – Jipprietka Fr Victor Paul Farrugia r-4 parti
6.40pm – Ċelebrazzjoni tal-Aħħar Ikla tal-Mulej – Li tmexxiet mill-E.T. l-Arċisqof Charles. J. Scicluna nhar il-Ħamis 9 t’ April 2020
7.50pm – Karattri – Ir-4 programm ta’ diskussjoni dwar karattru mill-passjoni
8.50pm – Is-Seba’ waqfiet ta’ Ġesù – Mument ta’ Talb u Riflessjoni
9.50pm – Via Crucis – li saret minn Papa Franġisku fid-9 t’April 2020
11.30pm – In Memoriam – Marċi Funebri mill-Arkivji il-5 Parti
Il-Ġimgħa 2 t’April 2021 – Il-Ġimgħa l-Kbira
8.00am – In manus tuas – Talb Meditat stil Taizé
8.45am – Ħallu t-tfal iż-żgħar jiġu għandi – Film dwar il-ħajja ta’ Ġesù għat-tfal
10.15Am – Passsio Domini Secundum Ioannem – Il-Qari tal-Passjoni skont San Ġwann
10.55am – Urbi et orbe – minn Papa Franġisku li sar nhar fis-27 ta’ Marzu 2021
11.55am – La Sollevazione di Cristo – Kunċert mis-Soc. Fil. Naz. La Valette. Jidderieġi Mro Antonino Oddo
1.40pm – In Memoriam – Marċi Funebri mill-Arkivji is-6 Parti
3.00pm – L-Azzjoni liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej – Li Tmexxiet mill-E.T. l-Arċisqof Charles. J. Scicluna nhar il-Ġimgha 10 t’ April 2020
4.10pm – La Crucifixión de Cristo – Filmati u Marċi Funebri mill-Guatemala
5.30pm – Liberanos domine – Sett ta’ Via Sagra, Mużika u Eżerċizzi Spiritwali – Jipprietka Fr Victor Paul Farrugia l-5 parti
6.50pm – O Croce Nostra Speranza – Filmat tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tas-sena 2019 flimkien ma’ mużika ta’ Mons Marco Frisina
7.35pm – Karattri – Il-5 programm ta’ diskussjoni dwar karattru mill-passjoni
8.30pm – Jesus – Film dwar il-ħajja ta’ Ġesù
10.50pm – Mużika mill-Films
Is-Sibt 3 t’April 2021 – Sibt il-Għid
8.45am – Talb ta’ Filgħodu
9.00am – The Well – Dramm tal-Passjoni
11.20am – In Memoriam – Marċi Funebri mill-Arkivji s-7 Parti
12.40pm – Rex Iudaeorum – Dokumentarju
8.30pm – Il- Vġili tal-Għid – Live Mill-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta
Il-Ħadd 4 t’April 2021 – Ħadd il-Għid
11.00am – Quddiesa tal-Għid – Live Mill-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta
12.00pm – Christus Vincit – Sett ta’ Marċi Valzi
6.00pm – Viva Kristu Rxoxt – Marċi brijjużi mill-Arkivji tas-Soċjetà

Awguri – 2021
Kieku jkollna niġbru l-2020 f’kelma waħda l-ewwel kelma li tiġi f’moħħna żgur tkun “xokk”. Xokk li kellna nagħlqu l-każin għal żmien twil. Xokk li kellna nħassru diversi servizzi tal-banda. Xokk li kellna nħassru l-attivitajiet li kellna ppjanati. Xokk li kellna nħassru l-kunċerti grandjużi li sirna rinomati għalihom. Xokk li kellna ma nibqgħux niltaqgħu, u niċċajtaw bejnietna.
Iżda bħala soċjetà fihmna u ħassejna aħna wkoll is-sentiment tagħkom u rajna kif stajna nibqgħu qrib ta’ xulxin. Għalekk saħħaħna l-media soċjali u ppruvajna inżommu dawn il-mezzi aġġornati kemm stajna. B’kollaborazzjoni wkoll ma’ Radio City, qegħdin ukoll inwasslu l-vuċi tagħna ta’ kuljum b’diversi programmi, imtella’ mill-membri tagħna. Imma barra dan, grazzi għall-voluntiera tagħna bqajna naħdmu sabiex insebbħu l-każin, sabiex meta tasal il-ġurnata li fiha nerġgħu nifthu l-bibien tagħna, is-sede tagħna tkun il-post fejn terġa’ mill-ġdid tospitakom fl-aqwa ambjent possibli.
Għaldaqstant ejjew inħarsu lejn l-2020 u ma narawx l-ikrah biss tagħha iżda nagħżlu li niffukaw primarjament fuq il-ħafna tajjeb li offriet u l-ħafna tagħlimiet, u bil-għajnuna t’Alla nittamaw li l-2021 b’ħafna aktar tajjeb u b’ħafna aktar tagħlimiet.
Jalla l-2021 tkun is-sena ta’ tama u apprezzament. Tama f’ġejjieni aħjar mingħajr biża’ u mard, iżda b’apprezzament għal dak li diġà għandna, għal dawk li hemm madwarna u dak li l-ħajja tipprovdielna.
Is-sena t-tajba lil kulħadd

Laqgħa Ġenerali Annwali 2020
Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020, saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali fis-sede tas-Soċjetà. Minħabba l-pandemija li għaddej minnha pajjiżna rajna kif jittieħdu il-miżuri kollha għall-prekawzjoni tas-saħħa ta’ kulħadd.
Waqt din il-laqgħa inqara ir-rapport Amministrattiv mis-Segretarju Daniel Mangion u r-Rapport Finanzjarju mill-Kaxxier Glen Attard. Dawn iż-żewġ rapporti intlaqaw tajjeb ħafna minn dawk preżenti u kienu approvati mill-membri kollha preżenti.
Saru wkoll emendi fl-istatut u dawn ġew approvati unanimament.
Barra dan waqt il-laqgħa saret mozzjoni sabiex it-termu preżenti tal-President, is-Sur Jonathan Grima jkun estiż sas-sena 2025. Biex b’hekk ser ikun is-Sur Grima li ser imexxi is-soċjetà lejn l-anniversarju tant prestiġjuż tal-150 sena mit-twaqqif.
Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fl-okkażżjoni tal-146 sena anniversarju mill-Fondazzjoni tas-Società Filamonica Nazionale La Valette
Is-Sibt 17 t’ Ottubru 2020
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – L-ewwel Parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.10pm – Dak li sawwarna – Qari dwar il-fondazzjoni tas-soċjetà –
L-ewwel Parti
6.25pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– l-Ewwel programm ikun fuq Mro Dominic Darmanin
7.25pm – Serata al Manoel – l-ewwel parti tal-kunċert sinfoniku li kien sar
fit-Teatru Manoel mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
il-Ħadd
18 t’Ottubru 2020
10.30am – Quddies imxandra live mill-Kolleġġjata
ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, fl-okkażżjoni tal-146 sena
anniversarju mill-Fondazzjoni. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Fr Victor Paul
Farrugia O.Carm, direttur spiritwali tas-Soċjetà, u jikkonċelebraw
il-W.R Arċipriet
il-Kan David John Cilia u l-Viċi Arċipriet il-Kan David Torpiano,
bis-sehem tal-band Clay.
11.30am – Siam De La Valette – Nofs siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – it-tieni Parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.10pm – Dak li Sawwarna – Qari dwar il-fondazzjoni tas-soċjetà –
it-tieni Parti
6.25pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– it-tieni Programm ikun fuq Mro Cardenio Botti
7.25pm – Serata al Manoel – it-Tieni parti tal-kunċert sinfoniku li kien sar
fit-Teatru Manoel mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
It-Tnejn 19 t’Ottubru 2020 – Jum Il-Fondazzjoni
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – It-Tielet parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.15pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– it-tielet programm ikun fuq Mro Joseph Sammut
7.15pm – Omaggio A Giuseppe Verdi – Kunċert sinfoniku li kien sar fis-sena
2019 fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Floriana, bis-sehem tat-Tenur Kaludi
Kaludov, s-Soprana Anna Dytry u l-Coro Bel Canto, taħt id-direzzjoni ta’ Mro
Dominic Darmanin
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà

Messaġġ mill-President fl-okkażjoni tal-146 anniversarju mill-fondazzjoni
Għeżież Membri u segwaċi tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette
Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru, is-Soċjetà tagħna tiċċelebra l-146 anniversarju mill-fondazzjoni tagħha. 146 sena minn meta l-ħolma tal-fundatur Paolo Darmanin u sħabu ħadet il-ħajja u fjorixxiet f’dak li nafuha illum. F’ċirkustanzi normali dan l-anniversarju dejjem jiġi ċċelebrat b’avveniment ta’ skala għolja, u kieku kollox kien normali din is-sena wkoll konna ser niċċelebraw dan l-anniversarju b’kunċert kbir ieħor, kif wara kollox jixraq lil din il-ġurnata għażiża. Iżda kif jgħid il-Malti, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Sfortunatament minħabba l-pandemija tal-Covid-19, b’dieqa iżda b’responsabbiltà, kellna inħassru din l-attività li żgur mhux forsi kienet ser tiġbed mijjiet ta’ nies.
Iżda dan ser iwaqqafna milli niċċelebraw dan l-anniversarju ta’ din is-soċjetà tant għal qalbna? Anqas xejn.
Kif għamilna fi żmien il-Ġimgħa Mqaddtsa, ser nagħmlu programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fuq il-paġna tagħna ta’ facebook fejn ser inħarsu lejn il-passat u l-preżent tagħna, lejn dak li jgħaqqadna u lejn dak li aħna tant kburin bih. Ix-Xandiriet ser ikunu diversi u ser jinkludu fihom memorji permezz ta’ ritratti antiki, qari dwar il-fondazzjoni, programmi ta’ marċi, kif ukoll kunċerti sinfoniċi mill-banda tas-Soċjetà. Poster bil-programm ta’ dan kollu ser jitla fuq il-paġna ta’ facebook nhar il-Erbgħa 14 ta’ Ottubru 2020 fl-10.30pm.
Grazzi talli dejjem tkunu hemm ta’ sostenn għalina
Dejjem tagħkom
Jonathan Paul Grima
President
Società Filarmonic Nazionale La Valette

ĊIRKULARI LILL-MEMBRI
Għażiż Membru,
Qiegħed niktiblek din il-ħames ċirkulari biex ngħarrfek dwar il-laqgħa ġenerali annwali għas-sena 2019-2020.
Laqgħa Ġenerali Annwali
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ser issir nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020 fl-9.45am fis-Sala tas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il-preżenza tagħkom hija ferm apprezzata. Waqt din il-laqgħa ser jinqara r-rapport amministrattiv mis-segretarju, kif ukoll ir-rapport finanzjarju mill-kaxxier. Waqt din l-istess laqgħa, ser jiġu mressqa emendi għall-approvazzjoni emendi fl-istatut. Dawn l-emendi jinsabu annessi ma’ din iċ-ċirkulari.
Sabiex inħarsu s-saħħa ta’ kull wieħed minnha, kif ukoll nobdu d-direttivi maħruġa mid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika, nitolbukom sabiex kull min jattendi jilbes maskra jew face visor.
Ħlas tal-Menswalità tal-Membri tas-Soċietà
Matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru ser issir reviżjoni lil-lista tal-membri tas-società. Tajjeb niġbdu l-attenzjoni li kull min jinsab lura b’aktar minn 3 snin fil-menswalità ser jinqata’ awtomatikamement u jieqaf jirċievi korrispondenza. Għaldaqstant nitolbu lil kull min għadu lura minn xi menswalità, sabiex jirregola ruħu billi jħallas il-menswalitajiet dovuti lill-iskrivan.
Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huma:
It-Tnejn: 4.00pm – 7.00pm
L-Erbgħa: 4.00pm – 7.00pm
Il-Ħamis: 8.00am – 12.00pm
Is-Sibt: 8.00am – 12.00pm
Skola tal-Mużika
Inħeġġu lil kull min jixtieq jibda jitgħallem xi strument mużikali, sabiex jikkuntattja lid-delegat tal-Banda, is-Sur Simon Farrugia jew lill-President, is-Sur Jonathan Grima fuq 79261164. Din l-iskola qed titmexxa minn Mro James Chappell fejn jidħlu strumenti tal-qasba u minn Mro Sean Scicluna fuq strumenti tar-Ramm, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dominic Darmanin.
Filwaqt li nselli għalik, għoddni
Dejjem tiegħek,
Daniel Mangion
Segretarju Ġenerali
Merħba lil Fr Ramon u Fr Twanny
Il-bieraħ fis-sede tas-Soċjetà ilqajna lill-Patri Gwardjan u d-direttur spiritwali l-ġdid tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss Fr. Ramon Farrugia OFM, kif ukoll lil Fr Anthony Chircop, Ministru Provinċjali.
F’din il-laqgħa ta’ merħba, il-kumitat wiegħed il-kooperazzjoni totali tiegħu lejn l-ordni, u ġiet ukoll preżentata donazzjoni sabiex tkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-proġett siewi tal-erba pjaneti.Wara saret ukoll bibita fejn sirna nafu ftit aktar lil xulxin.
Awguri Fr Ramon u Fr Twanny

