Home » Aħbarijiet » Tqegħid ta’ fjuri u programm ta’ trażmissjonijiet Vitwali

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Tqegħid ta’ fjuri u programm ta’ trażmissjonijiet Vitwali

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-147 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, il-President u l-membri tal-Kumitat Ċentrali nhar it-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2021, qegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-monument tal-Gran Mastru La Valette, kif ukoll mal-lapida li tfakkar fejn għex il-fundatur tas-Società.

Barra dan fuq Facebook page tas-Soċietà stajna ngawdu diversi trasmissjonijiet virtwali li min jixtieq jista’ jibqa’ jgawdihom permezz ta’ playlist li ġiet maħluqa fl-istess paġna. Ta’ dan nixtiequ nirringrazzjaw lil Carl Farrugia tad-digitizing tar-ritratti u l-qari tal-provi, lil Radio City 98FM tar-recordings, lill-qarrejja Dennis Caruana u Glen Attard, u lil Daniel Mangion li ħa ħsieb joħloq il-programmi u l-editing.

%d bloggers like this: