Home » Aħbarijiet » Rigal lill-istitut tat-tfal Angela House

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Rigal lill-istitut tat-tfal Angela House

Bħala parti mill-festi tal-147 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, il-President flimkien mal-Kumitat tal-istess soċjetà ddeċieda li jkun hu li jagħti rigal lil min huwa verament fil-bżonn. Għalekk ġie deċiż li nhar is-Sibt 23 t’ Ottubru 2021, issir żjara fl-istitut tat-tfal Angela House fi Gwardamanġa, li jieħdu ħsiebha s-sorijiet tal-Ursolini. Waqt din iż-żjara, li fiha stajna naraw il-ħidma li ta’ kuljum issir b’tant imħabba mill-istess sorijiet, il-President flimkien ma’ membri tal-kumitat, irringrazzjaw lis-sorijiet tal-Ursolini għax-xogħol tagħhom, u ppreżentawlom donazzjoni ta’ diversi prodotti, sabiex jgħinu ftit lil din il-kawża ġusta.

Tali għotja ma setgħet qatt tkun possibli jekk mhux bl-għajnuna ta’ Nectar Ltd, Strand Palace Agencies Ltd, C. Camilleri & Sons Ltd, u Bonnici Press, li minn qalbna nirringrazzjawhom tal-għajnuna kbira tagħhom.

%d bloggers like this: