
Imniedi uffiċjalment Radio La Valette
Illum tnieda uffiċjalment Radio La Valette b’attività uffiċjali…
Aqra iktar

Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fl-okkażżjoni tal-146 sena anniversarju mill-Fondazzjoni tas-Società Filamonica Nazionale La Valette
Is-Sibt 17 t’ Ottubru 2020 6.00pm – Inno…
Aqra iktar

Messaġġ mill-President fl-okkażjoni tal-146 anniversarju mill-fondazzjoni
Għeżież Membri u segwaċi tas-Società Filarmonica Nazionale La…
Aqra iktar
Messaġġ mis-Sur Jonathan Paul Grima
President
Merħba,
Nilqgħak fis-sit elettroniku uffiċjali tas-Societa Filarmonica Nazionale La Valette, Societa bi storja kbira u b’suċċessi kbar f’Malta u lil hinn minn xtutna.
L-għan prinċipali ta’ din is-Societa minn dejjem kien li tiġi fformata Banda biex tagħti kontribut dirett fil-Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl kif ukoll li trawwem żgħażagħ fit-tagħlim tal-Mużika mingħajr l-ebda ħlas biex il-Banda tas-Societa tkompli tiġedded.
Għaldaqstant nistiednek biex tidħol fis-sezzjonijiet ta’ dan is-sit elettroniku biex tapprezza l-istorja ta’ din is-Societa u x’għamlu dawk ta’ qabilna biex isem is-Societa tagħna jinsab fejn hu llum kif ukoll biex tieħu idea ta’ x’faċilitajiet toffri din is-Societa.
Jonathan Paul Grima