Home » Aħbarijiet » Tournament tat-table football u quddies fl-okkażjoni tal-147 sena mit-twaqqif tas-Soc. Fil. Naz La Valetta

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Tournament tat-table football u quddies fl-okkażjoni tal-147 sena mit-twaqqif tas-Soc. Fil. Naz La Valetta

Bħala parti mill-attivitajiet li jimmarkaw il-147 anniversarju mit-twaqqif tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saru żewġ attivitajiet li nistgħu ngħidu li kienu ta’ suċċess kbir.

L-ewwel attività kienet dik tat-Table Football. Din l-attivita saret b’kollaborazzjoani mal-Malta Table Football Sport Association. Għal din l-attività li saret fis-swali tas-sede tas-soċjetà attendew diversi dilettanti ta’ dan l-isport lokali u dan jawgura tajjeb sabiex tali attività tibda tkun fil-kalendarju tas-soċjetà.

It-tieni attività kienet quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla ta’ dawn il-147 sena tas-Soc. Fil. Naz. La Valette. Din il-quddies saret fil-Kolleġġjata Insinji ta’ San Pawl Nawfragu il-Belt Valletta, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali immexxi minn Mro Andre Paul Huber. Il-Quddies kienet immexija mid-direttur spiritwali tas-Soċjetà Fr Victor Paul Farrugia, u kkonċelebraw miegħu l-Arċipriet tal-Kolleġġjata, il-Kan. Fr David John Cilia u l-Kan. Fr David Torpiano. Fl-aħħar tal-quddies il-President tas-Soċjetà Jonathan Grima ppreżenta donazzjoni lill-Arċipriet tal-Kolleġġjata, għad-diversi xogħolijiet li qed isiru fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu.