Home » Aħbarijiet (Page 2)
Category Archives: Aħbarijiet
Recent Posts
Categories
Arkivji
Laqgħa Ġenerali Annwali 2020
Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020, saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali fis-sede tas-Soċjetà. Minħabba l-pandemija li għaddej minnha pajjiżna rajna kif jittieħdu il-miżuri kollha għall-prekawzjoni tas-saħħa ta’ kulħadd.
Waqt din il-laqgħa inqara ir-rapport Amministrattiv mis-Segretarju Daniel Mangion u r-Rapport Finanzjarju mill-Kaxxier Glen Attard. Dawn iż-żewġ rapporti intlaqaw tajjeb ħafna minn dawk preżenti u kienu approvati mill-membri kollha preżenti.
Saru wkoll emendi fl-istatut u dawn ġew approvati unanimament.
Barra dan waqt il-laqgħa saret mozzjoni sabiex it-termu preżenti tal-President, is-Sur Jonathan Grima jkun estiż sas-sena 2025. Biex b’hekk ser ikun is-Sur Grima li ser imexxi is-soċjetà lejn l-anniversarju tant prestiġjuż tal-150 sena mit-twaqqif.
Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fl-okkażżjoni tal-146 sena anniversarju mill-Fondazzjoni tas-Società Filamonica Nazionale La Valette
Is-Sibt 17 t’ Ottubru 2020
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – L-ewwel Parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.10pm – Dak li sawwarna – Qari dwar il-fondazzjoni tas-soċjetà –
L-ewwel Parti
6.25pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– l-Ewwel programm ikun fuq Mro Dominic Darmanin
7.25pm – Serata al Manoel – l-ewwel parti tal-kunċert sinfoniku li kien sar
fit-Teatru Manoel mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
il-Ħadd
18 t’Ottubru 2020
10.30am – Quddies imxandra live mill-Kolleġġjata
ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, fl-okkażżjoni tal-146 sena
anniversarju mill-Fondazzjoni. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Fr Victor Paul
Farrugia O.Carm, direttur spiritwali tas-Soċjetà, u jikkonċelebraw
il-W.R Arċipriet
il-Kan David John Cilia u l-Viċi Arċipriet il-Kan David Torpiano,
bis-sehem tal-band Clay.
11.30am – Siam De La Valette – Nofs siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – it-tieni Parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.10pm – Dak li Sawwarna – Qari dwar il-fondazzjoni tas-soċjetà –
it-tieni Parti
6.25pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– it-tieni Programm ikun fuq Mro Cardenio Botti
7.25pm – Serata al Manoel – it-Tieni parti tal-kunċert sinfoniku li kien sar
fit-Teatru Manoel mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà
It-Tnejn 19 t’Ottubru 2020 – Jum Il-Fondazzjoni
6.00pm – Inno La Valette
6.05pm – Kburin b’dak li għadda – It-Tielet parti – Feature qasir ta’ ritratti
mill-arkivji tas-soċjetà.
6.15pm – Musica Maestro – Programm informattiv u mużikli dwar is-surmast tal-ġurnata
– it-tielet programm ikun fuq Mro Joseph Sammut
7.15pm – Omaggio A Giuseppe Verdi – Kunċert sinfoniku li kien sar fis-sena
2019 fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Floriana, bis-sehem tat-Tenur Kaludi
Kaludov, s-Soprana Anna Dytry u l-Coro Bel Canto, taħt id-direzzjoni ta’ Mro
Dominic Darmanin
8.25pm – Siam De La Valette – Siegħa marċi Brijjużi
mill-arkivji tas-Soċjetà

Messaġġ mill-President fl-okkażjoni tal-146 anniversarju mill-fondazzjoni
Għeżież Membri u segwaċi tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette
Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru, is-Soċjetà tagħna tiċċelebra l-146 anniversarju mill-fondazzjoni tagħha. 146 sena minn meta l-ħolma tal-fundatur Paolo Darmanin u sħabu ħadet il-ħajja u fjorixxiet f’dak li nafuha illum. F’ċirkustanzi normali dan l-anniversarju dejjem jiġi ċċelebrat b’avveniment ta’ skala għolja, u kieku kollox kien normali din is-sena wkoll konna ser niċċelebraw dan l-anniversarju b’kunċert kbir ieħor, kif wara kollox jixraq lil din il-ġurnata għażiża. Iżda kif jgħid il-Malti, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Sfortunatament minħabba l-pandemija tal-Covid-19, b’dieqa iżda b’responsabbiltà, kellna inħassru din l-attività li żgur mhux forsi kienet ser tiġbed mijjiet ta’ nies.
Iżda dan ser iwaqqafna milli niċċelebraw dan l-anniversarju ta’ din is-soċjetà tant għal qalbna? Anqas xejn.
Kif għamilna fi żmien il-Ġimgħa Mqaddtsa, ser nagħmlu programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fuq il-paġna tagħna ta’ facebook fejn ser inħarsu lejn il-passat u l-preżent tagħna, lejn dak li jgħaqqadna u lejn dak li aħna tant kburin bih. Ix-Xandiriet ser ikunu diversi u ser jinkludu fihom memorji permezz ta’ ritratti antiki, qari dwar il-fondazzjoni, programmi ta’ marċi, kif ukoll kunċerti sinfoniċi mill-banda tas-Soċjetà. Poster bil-programm ta’ dan kollu ser jitla fuq il-paġna ta’ facebook nhar il-Erbgħa 14 ta’ Ottubru 2020 fl-10.30pm.
Grazzi talli dejjem tkunu hemm ta’ sostenn għalina
Dejjem tagħkom
Jonathan Paul Grima
President
Società Filarmonic Nazionale La Valette

ĊIRKULARI LILL-MEMBRI
Għażiż Membru,
Qiegħed niktiblek din il-ħames ċirkulari biex ngħarrfek dwar il-laqgħa ġenerali annwali għas-sena 2019-2020.
Laqgħa Ġenerali Annwali
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ser issir nhar is-Sibt 24 t’Ottubru 2020 fl-9.45am fis-Sala tas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Il-preżenza tagħkom hija ferm apprezzata. Waqt din il-laqgħa ser jinqara r-rapport amministrattiv mis-segretarju, kif ukoll ir-rapport finanzjarju mill-kaxxier. Waqt din l-istess laqgħa, ser jiġu mressqa emendi għall-approvazzjoni emendi fl-istatut. Dawn l-emendi jinsabu annessi ma’ din iċ-ċirkulari.
Sabiex inħarsu s-saħħa ta’ kull wieħed minnha, kif ukoll nobdu d-direttivi maħruġa mid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika, nitolbukom sabiex kull min jattendi jilbes maskra jew face visor.
Ħlas tal-Menswalità tal-Membri tas-Soċietà
Matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru ser issir reviżjoni lil-lista tal-membri tas-società. Tajjeb niġbdu l-attenzjoni li kull min jinsab lura b’aktar minn 3 snin fil-menswalità ser jinqata’ awtomatikamement u jieqaf jirċievi korrispondenza. Għaldaqstant nitolbu lil kull min għadu lura minn xi menswalità, sabiex jirregola ruħu billi jħallas il-menswalitajiet dovuti lill-iskrivan.
Il-ħinijiet tal-Uffiċċju huma:
It-Tnejn: 4.00pm – 7.00pm
L-Erbgħa: 4.00pm – 7.00pm
Il-Ħamis: 8.00am – 12.00pm
Is-Sibt: 8.00am – 12.00pm
Skola tal-Mużika
Inħeġġu lil kull min jixtieq jibda jitgħallem xi strument mużikali, sabiex jikkuntattja lid-delegat tal-Banda, is-Sur Simon Farrugia jew lill-President, is-Sur Jonathan Grima fuq 79261164. Din l-iskola qed titmexxa minn Mro James Chappell fejn jidħlu strumenti tal-qasba u minn Mro Sean Scicluna fuq strumenti tar-Ramm, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dominic Darmanin.
Filwaqt li nselli għalik, għoddni
Dejjem tiegħek,
Daniel Mangion
Segretarju Ġenerali
Merħba lil Fr Ramon u Fr Twanny
Il-bieraħ fis-sede tas-Soċjetà ilqajna lill-Patri Gwardjan u d-direttur spiritwali l-ġdid tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss Fr. Ramon Farrugia OFM, kif ukoll lil Fr Anthony Chircop, Ministru Provinċjali.
F’din il-laqgħa ta’ merħba, il-kumitat wiegħed il-kooperazzjoni totali tiegħu lejn l-ordni, u ġiet ukoll preżentata donazzjoni sabiex tkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-proġett siewi tal-erba pjaneti.Wara saret ukoll bibita fejn sirna nafu ftit aktar lil xulxin.
Awguri Fr Ramon u Fr Twanny


Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa fuq il-Facebook tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette
Il-Ħadd 5 t’ April, Ħadd il-Palm
11.00 am – Live streaming taċ-ċelebrazzjoni tat-tberik tal-Friegħi taż-Żebbuġ u l-Quddies Solenni, mill-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu
1.00pm – Marċi funebri mill-pinna ta’ Mro Dominic Darmanin
5.00pm – Rużarju meditat
5.30pm – “Jesus” – Film fuq il-ħajja ta’ Ġesù skond San Luqa
7.40pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji tas-Soċietà
8.10pm – Via Sagra Meditata
8.40pm – Talb stil Taize għal għeluq il-jum
It-Tnejn 6 t’ April
6.00pm – Rużarju meditat
6.25pm – “The Epic Journey To The Holy Land” Dokumentarju dwar l-art Imqaddsa
7.30pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji
tas-Soċietà
8.00pm – Intervista ma Fr Charles Vella restawratur
8.50pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji tas-Soċietà
9.20pm – Talba stil Taize għal għeluq il-jum
It-Tlieta 7 t’ April
6.00pm – Rużarju meditat
6.25pm – “Flight Of Faith” Dokumentarju dwar il-ħajja ta’ Ġesù
7.30pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji
tas-Soċietà
8.00pm – Intervista mal-Istoriku Patri George Aquilina
8.45pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji tas-Soċietà
9.15pm – Talba stil Taize għal għeluq il-jum
l-Erbgħa 8 t’April – L-Erbgħa tat-Tniebri
6.00pm – Rużarju meditat
6.25pm – Intervista mar-Reffiegħa tal-Monument għas-sena 2011
Fis-7.15pm – Ħsieb minn Fr Victor Paul Farrugia
Fis-7.45pm – Il-Kunċert tat-Tniebri – Żewġ siegħat ta’ Marċi Funebri mill- Arkivji ta’ La Valette
Fid-9.45pm – Talba stil Taize għal għeluq il-jum
Il-Ħamis 9 t’April – Ħamis ix-Xirka
6.00pm – Rużarju meditat
6.25pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi
funebri mill-arkivji tas-Soċietà
7.00pm – Live streaming taċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies Solenni u Adorazzjoni,
mill-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu
8.30pm – La Sollevazzione di Cristo – Kunċert ta’ Marċi funebri li ġie mtellgħa s-sena li għaddiet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Antonino Oddo
10.15pm – Via Crucis immexxija minn Papa Frangisku f’Ruma
Il-Ġimgħa 10 t’ April – Il- Ġimgħa l-Kbira
11.30am – Rużarju Meditat
11.55am – Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu Fuq stil Gregorjan
12.15pm – Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Fil- Belt Valletta tas-sena 2018
1.15pm – Via Crucis immexxija minn Papa Frangisku flimkien maż-żgħażagħ fi Krakovja
3.10pm – Kant Gregorjan
3.30pm – Live streaming tal-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes, mill-Knisja
Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu
5.00pm – Siegħa marċi Funebri mill- Arkivji tas-Soċietà
6.00pm – Ħsieb
Minn Fr Victor Paul Farrugia
6.30pm – Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Fil- Belt Valletta tas-sena 2019
7.25pm – Parti mill-Film Jesus Of Nazareth
9.15pm- Talba stil Taize għal għeluq il-jum
Is-Sibt 11 t’ April – Sibt il-Għid
6.00pm – Rużarju Meditat
6.30pm – “Nofs siegħa tal-Pass” – Nofs siegħa ta’ Marċi funebri mill-arkivji tas-Soċietà
7.00pm – Intervista ma James Brincat fuq it-Tradizzjoni Lhudija
8.00pm – Ħsieb minn Fr Victor Paul Farrugia
8.30pm – Live streaming Vġili solenni tal-Għid, mill-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu
Il-Ħadd 12
t’April – Ħadd il-Għid
9.30am – Rużarju Meditat
10.00am – Siegħa ta’ Marċi Valzi
11.00am – Live streaming Quddiesa solenni tal-Għid, mill-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu
11.55am – Talba fuq stil Taizé
12.00pm – Siegħa ta’ Marċi Brijjużi mill-arkivji tas-Soċietà