Home » Articles posted by Editur (Page 3)

Author Archives: Editur

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Wirja ta’ Standarti ta’ Għaqdiet u Soċjetajiet Mużikali madwar Malta

Il-Kunċert fuq il-Magazine Bizzilla

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-145 sena mit-twaqqif tas-Società Filarmonika Nazionale La Valette

 

Mill-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru sas-Sibt 19 ta’ Ottubru 2019
Wirja ta’ Standarti ta’ Għaqdiet u Soċjetajiet Mużikali madwar Malta.

Il-Ġimgħa 18 at’ Ottubru
6.00pm Tqegħid tal-kuruni tal-ward fuq il-monumenti ta’ Ġorġ Borg Olivier, tal-Granmastru Jean de La Valette u mal-lapida tal-fundatur tas-Soċjetà Pawlu Darmanin.

Is-Sibt 19 ta’ Ottubru – JUM IL-FONDAZZJONI
11.15am Piccola Banda fl-entratura tas-Sede tagħna tferraħ lil dawk preżenti fl-okkażjoni ta’ Jum il-Fondazzjoni tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru
10.00am Quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fl-Insinji Kolleġġjata Urbana, Matriċi, Veskovili u Parroċċa Prinċipali ta’ San Pawl Nawfragu. Il-quddiesa ser tkun immexxija mill-Kan. Mario Tong, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kappillani tal-knejjes Beltin. Jipprietka Fr Victor Paul Farrugia OCarm, Direttur Spiritwali tas-Società. Wara ser isir riċeviment ġewwa id-Domus Pauli.

Fil-11.45am jibda Korteo bl-istandarti kollha li ħadu sehem fil-wirja, minn quddiem il- Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu sas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Is-Sibt 2 ta’ Novembru
Gran Buffet Dinner fil-Monte Cristo Estates, b’Open Bar matul is-serata kollha. Donazzjoni ta’ €26. Biljetti mis-Sede tas-Società.

Is-Sibt 9 ta’ Novembru
7.30pm Kunċert ‘Omaggio a Giuseppe Verdi’ fl-okkażjoni tal-145 sena mit-twaqqif tas-Società u t-92 sena mir-rebħa tal-Konkors Bandistiku ta’ Como, fl-auditorium tal-Istitut Kattoliku, Il-Furjana. Jieħdu sehem il-Coro Bel Canto flimkien mat-Tenur Kaludi Kolovoh u s-sopran Anna Dyrty. Jidderieġi Mro Domnic Darmanin.

Il-Ħadd 17 ta’ Novembru
10.00am Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għaċ-ċelebrazzjonijiet li saru matul dwar il-festi speċjali tal-145 sena mit-twaqqif tas-Società grandjuża tagħna fis-Santwarju u Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.

Omaggio a Giuseppe Verdi

Kunċert fl-okkażjoni tal-145 sena mill-Fondazzjoni u t-92 sena mir-rebħ fil-Konkors Bandistiku Internazzjonali f’Como

Fl-okkażjoni tal-145 sena mill-Fondazzjoni u t-92 sena mir-rebħ fil-Konkors Bandistiku Internazzjonali f’Como, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, tippreżenta “Omaggio A Giuseppe Verdi” bis-sehem tat-Tenur Kaludi Kaludov u s-Soprana Anna Dytry, u l-Coro Bel Canto, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dominic Darmanin. Dan il-kunċert ser isir nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru, fis-7.30pm fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u ser ikun taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Dr George W Vella.

Biljetti jistgħu jinkisbu mingħand il-markaturi tal-billiard u mill-bar mill-1 ta’ Ottubru.

Laqgħa Ġenerali

 

Il-Laqgħa Ġenerali għall-ħatra tal-President tas-Società ser issir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru 2019 fl-10.00am fis-Sala tas-Sede tas-Societa Filarmonica Nazionale La Valette. Il-preżenza tagħkom hija ferm apprezzata. F’każ li jkun hemm aktar minn kandidat wieħed ser issir ukoll elezzjoni, li jista’ jivvota għaliha kull min ikun ħallas il-menswalità.

Premjazzjoni Rebbieħa Kompetizzjoni tal-Billiard 2019

Preżentazzjoni tad-DVD La Sollevazione di Cristo

Kunċert La Sollevazione di Cristo

La Sollevazione di Cristo

Nhar is-Sibt 13 ta’ April, Lejlet Ħadd il-Palm, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, ppreżentat Kunċert ta’ marċi Funebri ad unur is-Surmast Joseph Sammut.

Dan il-Kunċert bl-isem La Sollevazione di Cristo, tmexxa mis-Surmast Taljan ta’ fama Internazzjonali Antonino Oddo. Fih ġew eżegwiti diveri marċi Funebri li ħarġu mill-pinna tiegħu fosthom dak li ta l-isem lil dan il-Kunċert. Idderieġa l-Banda wkoll is-Surmast Domnic Darmanin, Surmast preżenti tal-Banda La Valette, kif ukoll is-Surmast Sammut li dderieġa marċ li se nkiteb apposta għal din l-okkażjoni.

Il-Banda li kienet komposta minn elementi ta’ 21 Banda lokali flimkien mas-Società Filarmonica La Valette.

%d bloggers like this: