Home » Avviżi » La Sollevazione di Cristo

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

La Sollevazione di Cristo

Nhar is-Sibt 13 ta’ April, Lejlet Ħadd il-Palm, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, ppreżentat Kunċert ta’ marċi Funebri ad unur is-Surmast Joseph Sammut.

Dan il-Kunċert bl-isem La Sollevazione di Cristo, tmexxa mis-Surmast Taljan ta’ fama Internazzjonali Antonino Oddo. Fih ġew eżegwiti diveri marċi Funebri li ħarġu mill-pinna tiegħu fosthom dak li ta l-isem lil dan il-Kunċert. Idderieġa l-Banda wkoll is-Surmast Domnic Darmanin, Surmast preżenti tal-Banda La Valette, kif ukoll is-Surmast Sammut li dderieġa marċ li se nkiteb apposta għal din l-okkażjoni.

Il-Banda li kienet komposta minn elementi ta’ 21 Banda lokali flimkien mas-Società Filarmonica La Valette.

%d bloggers like this: