Rappurtaġġ mill-gazzetta In- Nazzjon dwar il-Kunċert ta’ Verdi
Il-Kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi li se jittella’ fid-9 ta’ Novembru 2019 kellu rappurtaġġ tajjeb mill-Gazzetta In-Nazzjon. Ara hawnhekk dan ir-rappurtaġġ.
Laqgħa Ġenerali
Nhar is-Sibt 19 t’ Ottubru, fis-sede tas-Società tagħna saret il-Laqgħa Ġenerali. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju is-Sur Daniel Mangion, qara r-rapport ta’ ħidma li sar minn Mejju sa Ottubru, waqt li l-President elenka id-diversi xogħlijiet u proġetti li saru matul is-sentejn li għaddew. Waqt l-istess laqgħa s-Sur Jonathan Grima ġie ikkonfermat bħala President. Nirringrazzjaw lill-membri tagħna għall-preżenza numeruza tagħhom waqt din il-laqgħa.
Is-Sur Jonathan Grima konfermat bħala President tas-Soċietà
Waqt is-Seduta Ġenerali tas-Sibt 19 ta’ Ottubru reġa’ ġie elett President is-Sur Jonathan Grima. Dan wara li ma kienx hemm bżonn elezzjoni minħabba li ħadd ma kkontesta apparti s-Sur Grima.
Is-Sur Grima kien elett President sentejn ilu wara li kien involut fil-kumitat għal numru ta’ snin.
Marċi u Bandalori ddedikat lis-Società tagħna
Il-programm Marċi u Bandalori jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fis 6.45 a.m. fuq Net FM b’ripetizzjoni l-Ħadd stess fl-10.15 p.m. Il-programm tal-Ħadd li ġej, 20 ta’ Ottubru 2019 se jkun kollhu kemm hu iddedikat lis-Società Filarmonica Nazionale La Valette, tal-Belt Valletta.
Il-programm Marċi u Bandalori fuq Net FM għandu produzzjoni u preżentazzjoni tas- Sur Joseph Chetcuti, u fil-programm tal-Ħadd li ġej ser ikollu miegħu lil Daniel Mangion, Segretarju Ġenerali tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fejn fost affarijiet oħra ser jitkellem fuq il-kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi.