Home » Avviżi (Page 5)

Category Archives: Avviżi

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Minn Banda għal oħra

Nhar is-Sibt li għadda, is-Segretarju tas-Soċjetà Daniel Mangion, flimkien mas-Surmast Mro Dominic Darmanin kienu fuq il-programm tar-radju Minn Banda għal oħra, li jixxandar fuq One Radio. Il-preżentatur is-sur Aaron Zahra saqsa diversi mistoqsijiet kemm lis-segretarju kif ukoll lis-surmast dwar il-kunċert Omaggio A Giuseppe Verdi, li ser isir nhar is-Sibt li ġej.

Is-Segretarju tas-Soċjetà Daniel Mangion, u s-Surmast Mro Dominic Darmanin flimkien mal- preżentatur tall-programm Minn Banda għal oħra is-sur Aaron Zahra

Il-Coro Bel Canto

Il-Coro Bel Canto ġie mwaqqaf minn Mro Hermann Farrugia Frantz fis-sena 2006. Prinċiparjament, dan il-kor ikanta mużika sagra u liturġika.

Il-Coro Bel Canto ikanta f’diversi Primi Messi, quddies f’okkażjonijiet speċjali, anniversarji, festi Nazzjonali u kunċerti ma’ diversi baned, kif ukoll għal diversi drabi mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Dan il-kor qiegħed jiġi kkummissjonat ukoll minn diversi parroċċi sabiex janima bil-mużika diversi festi parrokkjali.

Għas-snin li ġejjin dan il-kor għandu quddiemu diversi impenji li qiegħed iħares lejhom b’impenn u responsabbiltà.

Quddiesa u Korteo f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette

Nhar il-Ħadd li għadda 20 t’ Ottubru 2019 saret quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fl-Insinji Kolleġġjata Urbana, Matriċi, Veskovili u Parroċċa Prinċipali ta’ San Pawl Nawfragu. Il-quddiesa kienet immexxija mill-Kan. Mario Tong, flimkien mal-Arċipriet il-ġdid, Dun David Cilia, l-Arċipriet Emeritus Dun Vinċens Borg, u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Niseġ l-omelija Fr Victor Paul Farrugia OCarm, Direttur Spiritwali tas-Società. Animaw din il-quddiesa diversi bandisti tas-Soċjetà La Valette u kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell.

Wara sar Korteo bl-istandarti kollha li ħadu sehem fil-wirja, minn quddiem il-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu sas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt dan il-Korteo, il-banda tas-Soċjetà allegrat lin-nies preżenti, b’diversi marċi.

Fr Victor Paul Farrugia OCarm jiseġ l-omelija
Bandisti u kor immexxijja minn Mro James Chappell
Il-banda tas-Soċjetà tallegra lin-nies preżenti
Il-Korteo bl-istandarti
Il-Kumitat tad-Direzzjoni wara l-Korteo

Gran Buffet Dinner fil-Monte Cristo Estates

Gran Buffet Dinner fil-Monte Cristo Estates, b’Open Bar matul is-serata kollha. Donazzjoni ta’ €26. Biljetti mis-Sede tas-Società.

Rappurtaġġ mill-gazzetta In- Nazzjon dwar il-Kunċert ta’ Verdi

Il-Kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi li se jittella’ fid-9 ta’ Novembru 2019 kellu rappurtaġġ tajjeb mill-Gazzetta In-Nazzjon. Ara hawnhekk dan ir-rappurtaġġ.

Rappurtaġġ mill-gazzetta L-Orizzont u l-website ta’ One News dwar il-Kunċert ta’ Verdi

Il-Kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi li se jittella’ fid-9 ta’ Novembru 2019 kellu rappurtaġġ tajjeb mill-Gazzetta L-Orizzont u l-website ta’ One News. Ara hawnhekk dan ir-rappurtaġġ.

Rappurtaġġ mill-Website ta’ TVM dwar il-Kunċert ta’ Verdi

Il-Kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi li se jittella’ fid-9 ta’ Novembru 2019 kellu rappurtaġġ tajjeb mill-Website ta’ TVM. Ara hawnhekk dan ir-rappurtaġġ.

Laqgħa Ġenerali

Nhar is-Sibt 19 t’ Ottubru, fis-sede tas-Società tagħna saret il-Laqgħa Ġenerali. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju is-Sur Daniel Mangion, qara r-rapport ta’ ħidma li sar minn Mejju sa Ottubru, waqt li l-President elenka id-diversi xogħlijiet u proġetti li saru matul is-sentejn li għaddew. Waqt l-istess laqgħa s-Sur Jonathan Grima ġie ikkonfermat bħala President. Nirringrazzjaw lill-membri tagħna għall-preżenza numeruza tagħhom waqt din il-laqgħa.

Is-Sur Jonathan Grima konfermat bħala President tas-Soċietà

Waqt is-Seduta Ġenerali tas-Sibt 19 ta’ Ottubru reġa’ ġie elett President is-Sur Jonathan Grima. Dan wara li ma kienx hemm bżonn elezzjoni minħabba li ħadd ma kkontesta apparti s-Sur Grima.

Is-Sur Grima kien elett President sentejn ilu wara li kien involut fil-kumitat għal numru ta’ snin.

Marċi u Bandalori ddedikat lis-Società tagħna

Il-programm Marċi u Bandalori jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fis 6.45 a.m. fuq Net FM b’ripetizzjoni l-Ħadd stess fl-10.15 p.m. Il-programm tal-Ħadd li ġej, 20 ta’ Ottubru 2019 se jkun kollhu kemm hu iddedikat lis-Società Filarmonica Nazionale La Valette, tal-Belt Valletta.

Il-programm Marċi u Bandalori fuq Net FM għandu produzzjoni u preżentazzjoni tas- Sur Joseph Chetcuti, u fil-programm tal-Ħadd li ġej ser ikollu miegħu lil Daniel Mangion, Segretarju Ġenerali tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fejn fost affarijiet oħra ser jitkellem fuq il-kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi.

%d bloggers like this: