Nhar il-Ħadd li għadda 20 t’ Ottubru 2019 saret quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fl-Insinji Kolleġġjata Urbana, Matriċi, Veskovili u Parroċċa Prinċipali ta’ San Pawl Nawfragu. Il-quddiesa kienet immexxija mill-Kan. Mario Tong, flimkien mal-Arċipriet il-ġdid, Dun David Cilia, l-Arċipriet Emeritus Dun Vinċens Borg, u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Niseġ l-omelija Fr Victor Paul Farrugia OCarm, Direttur Spiritwali tas-Società. Animaw din il-quddiesa diversi bandisti tas-Soċjetà La Valette u kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell.
Wara sar Korteo bl-istandarti kollha li ħadu sehem fil-wirja, minn quddiem il-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu sas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt dan il-Korteo, il-banda tas-Soċjetà allegrat lin-nies preżenti, b’diversi marċi.