Home » Aħbarijiet (Page 4)

Category Archives: Aħbarijiet

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Il-Programm Maltarti dwar il-kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi

Il-Coro Bel Canto

Il-Coro Bel Canto ġie mwaqqaf minn Mro Hermann Farrugia Frantz fis-sena 2006. Prinċiparjament, dan il-kor ikanta mużika sagra u liturġika.

Il-Coro Bel Canto ikanta f’diversi Primi Messi, quddies f’okkażjonijiet speċjali, anniversarji, festi Nazzjonali u kunċerti ma’ diversi baned, kif ukoll għal diversi drabi mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Dan il-kor qiegħed jiġi kkummissjonat ukoll minn diversi parroċċi sabiex janima bil-mużika diversi festi parrokkjali.

Għas-snin li ġejjin dan il-kor għandu quddiemu diversi impenji li qiegħed iħares lejhom b’impenn u responsabbiltà.

Quddiesa u Korteo f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette

Nhar il-Ħadd li għadda 20 t’ Ottubru 2019 saret quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, fl-Insinji Kolleġġjata Urbana, Matriċi, Veskovili u Parroċċa Prinċipali ta’ San Pawl Nawfragu. Il-quddiesa kienet immexxija mill-Kan. Mario Tong, flimkien mal-Arċipriet il-ġdid, Dun David Cilia, l-Arċipriet Emeritus Dun Vinċens Borg, u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Niseġ l-omelija Fr Victor Paul Farrugia OCarm, Direttur Spiritwali tas-Società. Animaw din il-quddiesa diversi bandisti tas-Soċjetà La Valette u kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro James Chappell.

Wara sar Korteo bl-istandarti kollha li ħadu sehem fil-wirja, minn quddiem il-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu sas-Sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt dan il-Korteo, il-banda tas-Soċjetà allegrat lin-nies preżenti, b’diversi marċi.

Fr Victor Paul Farrugia OCarm jiseġ l-omelija
Bandisti u kor immexxijja minn Mro James Chappell
Il-banda tas-Soċjetà tallegra lin-nies preżenti
Il-Korteo bl-istandarti
Il-Kumitat tad-Direzzjoni wara l-Korteo

Promo Omaggio Giuseppe Verdi li qed jintwera fuq TVM

Isma’ l-Programm Marċi u Bandalori

Għafas hawn biex tisma’ l-programm

Tqegħid ta’ kuruni tar-rand

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-145 sena mit-twaqqif tas-Societa membri mill-Kumitat illum poġġew kuruni tar-rand mal-lapida tal-fundatur Pawlu Darmanin, u mal-monumenti tal-Gran Mastru La Valette u Ġorġ Borg Olivier, li kien President tas-Societa.

Ittra mis-Sindku ta’ Como lis-Società La Valette

%d bloggers like this: