Home » Avviżi » Programm ta’ Attivitajiet għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Programm ta’ Attivitajiet għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira

14 ta’ Marzu 2020 – Mysterium Fidei

Serata ta’ mużika sagra u letterarja mis-Soc. Fil. Naz La Valette flimkien mar-Rev. Arċipriet u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, bis-sehem tal-La Valette Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Maestro James Chappell, bis-sehem tas-Sopran Rosabelle Bianchi u s-Solista Giorgio Fenech u b’riflessjonijiet tas-Sur Hector Bruno. Din is-serata ser issir fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta, fis-7.30pm. Id-dħul huwa b’xejn.

23 ta’ Marzu sal-25 ta’ Marzu 2020Eżerċizzi Spiritwali

Eżerċizzi Spiritwali fis-sede tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, fis-7.15pm. Il-Predikatur ser ikun id-direttur spiritwali tas-Soċjetà, Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.

30 ta’ Marzu 2020Ikla bejn il-ħbieb

It-Tnejn 30 ta’ Marzu ser issir ikla fis-sede tas-Soc. Fil. Naz. La Valette.

4 ta’ April 2020Marċi Funebri mis-Soċ. Muż. Sant’ Elena ta’ Birkirkara

Is-Soċ. Muż. Sant’ Elena ta’ Birkirkara ser ittella’ programm ta’ marċi funebri fis-sede tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, mill-11.00 am sas-1.00pm.

4 ta’ April 2020 – In Cruce Vita

Is-Soc. Fil. Naz. La Valette ser ittella’ kunċert ta’ mużika sagra u funebri mill-pinna ta’ Mro. Vincenzo Ciappara, Mro. Ray Sciberras, Mro. Joseph Sammut, Mro. Cardenio Botti u Mro. Dominic Darmanin, bis-sehem ta’ baned lokali flimkien mas-Soc. Fil. Naz. La Valette, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dominic Darmanin. Mistiedna speċjali f’dan il-kunċert ser ikunu Mro. Ray Sciberras u s-Sopran Rosabelle Bianchi. Dan il-kunċert ser isir fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta fit-8.00pm. Biljetti jistgħu jinkisbu mis-Sede tas-soċjetà.

6 ta’ April 2020 – Riċeviment fis-Sede tas-Soċjetà

Riċeviment ta’ ringrazzjament lil dawk il-baned li ħadu sehem fil-kunċert ‘In Cruce Vita’. Waqt din is-serata l- Banda Sant’ Antnin ta’ Birkirkara ser tkun qed teżegwixxi numru ta’ marċi funebri. Dawk il-membri li jixtiequ jattendu għal dan ir-riċeviment, jistgħu jiksbu l-biljett mingħand l-iskrivan għall-prezz ta’ €5.

8 ta’ April 2020 – Kunċert tradizzjonali ta’ marċi funebri

Ser isir il-kunċert tradizzjonali ta’ marċi funebri fis-sede tas- Soc. Fil. Naz. La Valette, mill-Banda La Valette taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dominic Darmanin. Dan il-kunċert jibda fit-8.00pm.

Mit-28 ta’ Marzu sal-10 ta’ April – Wirja bit-tema ‘Via Veritas Vita’

Ser issir wirja ta’ arti sagra fis-sede tas- Soc. Fil. Naz. La Valette. Ħinijiet tal-ftuħ mid-9.00am sa 12.00pm u mill-4.00pm sat-8.30pm. Nhar Ħamis ix-Xirka, il-wirja tibqa’ miftuħa sal-10.00pm.

10 ta’ April 2020 – Seba’ visti fl-okkażjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

Ser isiru seba’ visti lil Ġesù Sagramentat fil-knejjes tal-Belt. Imexxi dawn il-visti, id-direttur spiritwali Fr Victor Paul Farrugia O. Carm. Dawn il-visti jibdew fl-10.30am mis-sede tas- Soc. Fil. Naz. La Valette.

10 ta’ April 2020 – Marċi funebri mis-Soċ. Fil. San Pietru Banda Birżebbuġa

Il-Banda Birzebbuġa ser iddoqq set ta’ marċi funebri fis-sede tas-Soc. Fil. Naz. La Valette, mill-11.00am ’il quddiem.

10 ta’ April 2020 – Servizz tal-Banda fil-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt

Kif tradizzjonalment isir, il-Banda tas-Soc. Fil. Na. La Valette ser tkun qed tagħti servizz ta’ marċi funebri bil-pass uniku tagħha quddiem il-Vara l-Kbira, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu). Din il-purċissjoni tibda fis-6.00pm.

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, il-Banda La Valette ser tkun qed iżżanżan uniformi ġdida.

https://www.facebook.com/societalavalette/photos/a.264419670563928/1104356656570221/?type=3&theater
%d bloggers like this: