Maestro Paolo Miruzzi laħaq wara s-Surmast Emmanuele Bartoli, li kien l-assistent tiegħu. Huwa kien surmast bejn l-1885 u l-1888. Paolo Miruzzi kien mill-Belt u kien bandsman fuq l-HMS Doris fejn dam fin-Navy sa Diċembru 1883. Sfortunatement inħakem minn marda terminali u miet qasir il-għomor fl-età ta’ 36 sena. Miet Għawdex peress li l-aħħar sena u nofs kien qattagħhom hemmhekk bħala konvalixxenza. Il-funeral tiegħu telaq mill-isptar sal-knisja Katidrali, bit-tebut jintrefa’ fuq l-ispallejn minn erba’ bandisti tal-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette u tnejn oħra tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863. Skond il-ġurnal Malta il-mewt tiegħu kienet fis-16 ta’ Mejju 1888.
Home » Is-Società » Surmastrijiet » Paolo Miruzzi
+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30
Recent Posts
- L-attivitajiet f’għeluq il-150 sena mit-twaqqif tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette deskritti bħala ‘ċelebrazzjonijiet ta’ eċċellenza’
- Programm f’għeluq il-150 mit-twaqqif tas-Società
- Jacob de Haan f’Malta fis-16 ta’ Marzu biex jidderieġi s-Societa Fil. Naz. La Valette
- Ara l-Kunċert Apostolo delle Genti
- Magia di Operette