Home » Is-Società » Surmastrijiet » Giuseppe Vitaliti

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Giuseppe Vitaliti

Maestro Giuseppe Vitaliti aċċetta l-kudizzjonijiet kollha li kien għamillu l-kumitat fosthom li wara prova ta’ tliet xhur jintrabat mas-Soċjetà għal sentejn jew tleta, li jagħmel żewġ kunċerti fil-ġimgħa, li l-arranġamenti li jagħmel tal-mużika operistika jsiru propjetà tas-Soċjetà, li ma jistax ikollu x’jaqsm ma’ baned lokali oħra u li jimxi fuq l-istatut tas-Società.  Huwa nħatar Surmast Direttur fis-7 ta’ Frar. Is-Surmast wasal Malta fl-10 ta’ Frar 1911. Huwa ġie mfaħħar ħafna għall-kapaċità tiegħu u l-gazzetta “Is-Salib” iddeskrivietu bħala “ġuvni rispettabbli, eleganti, reliġjuż, umli, intelliġenti u fuq kollox kapaċi.” Ftit wara li wasal Malta esegwixxa Intermezz Sinfoniku li ndaqq mnn 40 mużiċist fit-Teatru Manoel. Id-debutt tiegħu kien fis-7 ta’ Mejju waqt serata traordinaja li ttelgħet fit-Teatru Manoel ad unur tal-Banda ċittadina.

Taħt it-tmexxija tas-Surmast Vitaliti s-Soċjetà ħadet sehem fil-Konkors Internazzjonali tal-Mużika f’Algiers. F’dan il-konkors il-Banda La Valette rebħet id-Diviżjoni Superjuri: It-Tieni Sezzjoni kemm fil-Konkors a Lettura a Vista: Armonia u fil-Konkors tal-Esekuzzjoni: Armonia. Minn dakinhar il-Banda La Valetta hija obbligata tikkonkorri fid-diviżjoni tal-baned Eċċellenza. Il-Kap tal-ġurija feraħ lis-Surmast Vitaliti li l-ġurnal L’Echo d’Alger sejjaħlu “l-eċċellenti Direttur ta’ La Valette” u l-ġurja tatu Diploma tal-Unur għall-Kapaċità li wera. 

Huwa dam Surmast Direttur ta’ La Valette sal-1920.

%d bloggers like this: