Home » Is-Società » Surmastrijiet » Giuseppe Camilleri

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Giuseppe Camilleri

Fis-Seduta tat-28 ta’ April 1937, il-kumitat ħatar lil Maestro Giuseppe Camilleri bħala Surmast u Direttur tal-Banda. B’kuntratt li sar fl-1 ta’ Ġunju 1937 intrabat li jidderieġi l-Filarmonika skont id-direttivi tal-Kumitat tas-Soċjetà , li jagġmel il-programmi mużikali, li jissorvelja ż-żewġ assisteni diretturi fit-tagħlim tal-allievi u li kull sena jagħti saggo tal-allievi, li kull sena jipprepara marċ jew tnejn għall-festi ta’ San Pawl u tal-Karmnu u li r-riduzzjonijiet u l-kompożizzjonijiet tiegħu li jagħmel isiru propjetà esklussiva tas-Società. 

Maestro Camilleri kien Maestro di Cappella ta’ diversi knejjes ewlenin u għal għaxar snin Assistent Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Rjal. 

Fl-4 ta’ Novembru 1962, is-Società ċċelebrat il-25 sena mit-tmexxija tas-Surmast Camilleri b’kunċert vokali u strumentali fi Pjazza Reġina. 

F’Mejju tal-1968 is-Surmast Camilleri temm il-kariga tiegħu ta’ Surmast Direttur tal-Banda La Valette wara 31 sena. Huwa wiegħed lill-Kumitat li kien dejjem dispost li jgħin fejn u meta jiġi mitlub. Huwa għalaq il-karriera mużikali tiegħu fit-3 ta’ Novembru 1968 fi Pjazza Reġina. 

Huwa dam jidderieġi l-Banda għal-31 sena fejn ħalli diversi kompożizzjonijiet mużikali fl-arkivju tas-Società.

%d bloggers like this: