Home » Is-Società » Surmastrijiet » Ettore Mattioli

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Ettore Mattioli

Maestro Ettore Mattioli beda jistudja l-qagħda tal-banda La Valette. Wara huwa għarraf lill-Kumitat li kien biħsiebu jagħmel riformi fil-korp mużikali u li kien hemm il-ħtieġa li jbiddel strumenti mużikali milli kien hemm. Il-Kumitat laqa’ s-suġġeriment tiegħu u awtorizza lill-kaxxier biex jonfoq is-somma meħtieġa għall-akkwista ta’ dawn l-istrumenti ġodda.

Mattioli għamel id-debutt tiegħu fit-Teatru Rjali. Wara li għaddew ix-xhur tal-prova, il-Kumitat ikkonferma lis-Surmas għal terminu ta’ erba’ snin. Fi ftit żmien irnexxielu jorganizza l-banda u kien jittraskrivi l-mużika għall-programmi tal-Banda b’gost u kapaċità kbira.

Iżda sfortunatament dan is-surmast kien marradi u ma setax ikompli fit-tul fil-kariga tiegħu. Huwa rriżenja mid-direzzjoni tal-Banda f’Ottubru 1921. Huwa miet fis-6 ta’ Mejju, 1922 fl-età ta’ 68 sena.

%d bloggers like this: