Wara r-riżenja tas-Surmast Giuseppe Camilleri, is-Soċjetà ħatret lis-Surmast Edgard Lowell bħala Aġent Direttur. Huwa kien ilu Assistent Surmast tal-Filarmonica u tal-Allievi mill-1938.
Is-Surmast Lowell studja l-istrumentazzjoni u l-armonija taħt is-Surmast Joseph Stival u wra taħt is-Surmast Carmelo Pace. Ta’ 18-il sena kien diġà fl-Orkestra tat-Teatru Rjal u kien idoqq prim klarinett. Fis-sena 1957 inħatar Surmast tal-Banda La Stella ta’ Għawdex u fl-1961 kien jidderieġi l-Orkestra Professjonali tal-Malta Cultural Institute. Huwa fforma bosta korijiet minn kantanti magħrufa u waqqaf Orkestra Professjonali għall-Kumpnija tad-Rediffusion. Huwa dderieġa għadd ta’ kunċerti fit-Teatru Manoel, fir-Radio City Oper House għall-istess Kumpanija. Huwa kien ukoll Surmast taż-Żejtun Band. Huwa dam Aġent Direttur sal-1970.