Home » Is-Società » Surmastrijiet » Cardenio Botti

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Cardenio Botti

Maestro Cardenio Botti twieled fl-1890 f’Magliano Sabino, l-Italja. Ta’ tnax-il sena huwa kien ikanta fl-iSchola Cantorum tal-Kulleġġ Gregorjan. ’Il quddiem, imħajjar mis-Surmast Perosi huwa ssieħeb fil-Cappella Sistina bħala sopran solista. Kien l-istess Persosi li miċ-ċokon tiegħu għaraf il-kapaċitajiet mużikali tiegħu u bdielu l-istudju tal-armonija.

Meta kiber mar jistudja l-mużika fil-Conservatorio Musciale Santa Cecilia ta’ Ruma. F’dan il-Conservatorio huwa tgħallem l-istrumentazzjoni taħt Vessella u l-kompożizzjoni taħt Dobici. Wara li ggradwa huwa beda jidderieġi xogħlijiet ta’ kompożituri kbar, fosthom il-famuża Requiem ta’ Giuseppe Verdi, li mmeritawlu l-akklamazzjoni ta’ ħafna mill-kritiċi ta’ gazzetti Taljani.

Wara li rebaħ konkors nazzjonali, huwa laħaq Surmast-Direttur tal-Banda Militari ta’ Bologna. Wara l-gwerra, huwa dderieġa diversi kunerti fl-aktar teatri importanti fl-Italja u kkompona ħafna mużika.

F’ittra li kiteb lill-Kumitat, is-Surmast Botti kiteb li kien lest li jiġi Malta biex jidderieġi l-Filarmonica La Valette bis-salarju ta’ Lm30 u li kien lest li jissottometti ruħu għal xahrejn prova qabel il-kuntratt definittiv. Min-naħa tiegħu il-Kumitat bagħat li kien lest li joffrilu Lm20 fix-xahar. Biex jagħmlu tajjeb għal dan is-soċju ntrabtu li joħorġu lira kull wieħed fix-xahar.

Fis-Seduta tal-Kumitat tas-27 ta’ April 1923 l-Onor. Dr. Ugo P. Mifsud, il-President tas-Soċjetà introduċa lill-membri tal-kumitat is-Surmast il-ġdid Mro Cardenio Botti. Huwa tenna li huwa kien ċert li fl-aħħar is-Società kienet akkwistat is-Surmat li tant kienet ilha tixtieq. Wara tkellem Mro Cardenio Botti li rringrazzja lill-Kumitat u qal li kien telaq minn Ruma b’għajnejh magħluqa wara -rrakkomandazzjoni li kien għamillu Mro. Vessella. Huwa qal li ġie Malta bil-ħsieb li jaqdi missjoni – dik li jipprova jmexxi ’l quddiem l-edukazzjoni mużikali.

Mill-bidu tal-ħidma tiegħu fis-Società l-Mro Botti nsista fuq il-bżonn ta’ dixxiplina u l-istudju mtodiku u serju tal-mużika. Huwa kien tal-fehma li l-badn tagħmel oprogresss mhux billi tagħmel programmi iżda bi studju metodiku tal-bandisti li kienu neqsin minnu. Huwa għalhekk iddeċieda li jibda jagħti lezzjoni kull ġimgħa tas-solfeġġ u jieħu f’idejh l-allievi żgħaażagħ li kienu għadhom jibdew idoqqu. Ma damx wisq biex għarraf lill-Kumitat bir-rifroma li xtaq jagħmel u talbu biex jiffomula statut ġdid għall-banda. Il-banda akkwistat ukoll is-servizz tal-magħruf kornettista Prof. R. Caffarelli tat-Teatru Rjal li beda jgħallem il-flkassi tar-ram u talab ukoll biex issir riforma finanzjarja tal-banda. Bis-saħħa tiegħu introduca wkoll uniformi ġdida tax-xitwa għall-banda li kienet ilha 22 sena ma tinbidel u l-bandisti bdew jirċievu ħlas tas-servizz bandistiku li jagħmlu.

Id-debutt tas-Surmast Botti wasal fl-24 ta’ Ġunju 1923 waqt fiera li saret fl-Argotti. Huwa xtaq li jagħmel id-debutt tiegħu fit-Teatru Rjal iżda minħabba s-sħana l-kumitat ma qabilx.

Wara d-debutt tiegħu, Mro Botti ntefa b’ruħhu u ġismu biex isaħħaħ il-Banda u jħejjiha tajjeb għall-impenn mużikali li kien hemm imħejjijin għalih. Kien fl-ewwel xhur tiegħu f’pajjiżna li s-Surmast Botti ħaseb biex jagħti lis-Società l-innu magħruf bħala l-Innu immortali La Valette. Dan l-innu ndaqq għall-ewwel darba fid-9 ta’ Settembru 1923 fejn il-ġurnal Malta Tagħna li tgħid li dan l-innu huwa “patrijottiku u jkun jista’ jitkanta mill-poplu kollu”.

Mro Botti waqqaf l-Iskola Mużikali La Valette li kienet bla ħlas. Minn din l-iskola ħarġu mużiċisti Maltin ta’ fama u li tista’ tgħid li kollha saru surmastrijiet ta’ baned differenti u u li bla dubju mxew fuq it-tagħlim u l-eżempju tiegħu

Mro Botti kkompona diversi marċi fosthom il-“Marcia San Paolo”, “Marcia San Paolo No.5”, “Fior del Carmelo” u l-Innu tal-Banda Ċittadina Sliema.

Mro Cardenio Botti dam jidderieġi l-banda għal aktar minn 22 sena sħaħ bl-akbar abbiltà, għaqal u dixxiplina u wassalha biex tikseb tant suċċessi u rebħiet, minħabba l-qagħda mwiegħra politika internazzjonali wara li l-Italja Faxxista bdiet ixxaqleb lejn in-Nażiżmu ta’ Hitler u s-sħab iswed tal-gwerra kien diġà qiegħed fuq ix-xefaq, kellu kontra qalbu fl-1935 jħalli d-direazzjoni tal-Filarmonika. Lura fl-Italja huwa ngħata l-kariga ta’ Direttur Mużikali tat-Teatro Felice ta’ Genova u aktar ‘ilq uddiem tat-Teatru Massimo ta’ Palermo.

Is-Società Filarmonica Nazionale La Valette ma nsietu qatt lill-Mro Cardenio Botti u baqgħet f’kuntatt miegħu u talbitu pariri meta kien hemm bżonn.

Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Botti l-banda marret fl-1926 il-banda marret Tuneż, Palermo u Messina, Catania u Bona kif ukoll fil-konkors Internazzjonali ta’ Como.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mir-rebħa ta’ Como f’Setembru 1947 il-kumitat bagħat lil Maestro Cardenio Botti distintiv tad-deheb tas-Societea bħala turija ta’ gratitudni tas-Società għas-sehem kbir tiegħu f’din ir-rebħa.

Fl-1962 huwa żar Malta u ngħata merħba kbira mill-membri tal-Kumitat u s-Soċi.

Maestro Bottu miet f’Ruma f’Ġunju tal-1973 fl-età ta’ 83 sena.

%d bloggers like this: