Home » Is-Società » Surmastrijiet » Antonio Miruzzi

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Antonio Miruzzi

Wara r-riżenja ta’ Vicenzo Carabott il-Kumitat iddeċieda li jeġa’ jdur fuq is-Surmast Emmanuele Bartolo li kien lest li jerġa’ jingħata d-direzzjoni tal-Banda jekk jingħatalu l-permess meħtieġ. Dan il-permess mill-Royal Military Artillery baqa’ ma wasalx. Għalhekk wara saret talba lill-Professur Francesco Ermengildo, is-Surmast Direttur tal-Banda ta’ Sirakuża. Jidher li din il-vakanza wasslet biex il-Kumitat irċieva żewġ teledrammi mill-Italja minn żewġ surmastrijiet. Sadanittant il-Kumitat ma ħa ebda deċiżjoni u fl-1 ta’ Diċembu ħatar lil Maestro Bartoli bħala Surmast Konċertatur tal-istess Filarmonica. Fl-istess waqt is-Surmast Antonio Miruzzi nħatar bħala Aġent-Direttur tal-Filarmonica bid-dmir li jkompli bid-dmirijiet tiegħu ta’ Direttur tal-Mandolinistika. Is-Surmast Miruzzi kien kompożitur magħruf ta’ sinfoniji, ta’ mużika sagra, innijiet, marċi funebri u marċi brijużi. Dak iż-żmien kien Surmast Direttur tal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta iżda ’l quddiem kien ukoll Surmast tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun, Piju X ta’ Ħal Lija, San Andrija ta’ Ħal Luqa u Beland taż-Żejtun. 

%d bloggers like this: