Illum fis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette ngħataw merħba uffiċjali t-Tenur Kaludi Kaludov u s-Sopran Anna Dytry, mill-President u l-Kumitat tal-istess Società. Prezenti wkoll għal dan l-avveniment kien hemm is-Sindku tal-Belt Valletta, is-Sur Alfred Zammit u ċ-Chairperson tal-PBS Dr Tonio Portughese. Waqt din il merħba wieħed seta’ jieħu togħma żgħira ta’ dak li ser jisma’ nhar is-Sibt hekk kif it-Tenur Kaludi Kaludov kanta biċċa mużika a capella. Saru wkoll xi preżentazzjonijiet kemm lil Kaludi Kaludov kif ukoll lil Anna Dytry. Wara kemm it-tenur u s-soprana ċelebri ħallew messaġġ u ffirmaw fuq il-ktieb tal-viżitaturi.
Related Posts
ĠESÙ FL-ORT
Fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù jurina xi jfisser li twieġeb “iva” għar-rieda ta’ Alla—hu jintelaq totalment f’idejn Missieru. Il-libertà interjuri tiġi…
Is-Sur Jonathan Grima konfermat bħala President tas-Soċietà
Waqt is-Seduta Ġenerali tas-Sibt 19 ta’ Ottubru reġa’ ġie elett President is-Sur Jonathan Grima. Dan wara li ma kienx hemm…





