ĠESÙ FL-ORT

Fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù jurina xi jfisser li twieġeb “iva” għar-rieda ta’ Alla—hu jintelaq totalment f’idejn Missieru. Il-libertà interjuri tiġi biss meta nwieġbu b’libertà għar-rieda ta’ Alla f’ħajjitna.

Il-vara tal-kartapesta li tinsab fil-Knisja Ta’ Ġieżu – l-Belt Valletta hi magħmula minn Ġesù għarrkopptejh jitlob u anġlu jsabbru u jippreżentalu s-simboli tal-Passjoni – li saru fi żminijiet differenti. L- istatwa ta’ Kristu hi xogħol ta’ Saverio Laferla li sawwarha fl-1741 meta żżanżnet. Fl-1773, l- istatwa kienet tinkludi anġlu kbir, ta’ statwarju anonimu li twarrab fl-1939 biex postu ttieħed mill-anġlu preżenti xogħol Wistin Camilleri.