Illum fis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette ngħataw merħba uffiċjali t-Tenur Kaludi Kaludov u s-Sopran Anna Dytry, mill-President u l-Kumitat tal-istess Società. Prezenti wkoll għal dan l-avveniment kien hemm is-Sindku tal-Belt Valletta, is-Sur Alfred Zammit u ċ-Chairperson tal-PBS Dr Tonio Portughese. Waqt din il merħba wieħed seta’ jieħu togħma żgħira ta’ dak li ser jisma’ nhar is-Sibt hekk kif it-Tenur Kaludi Kaludov kanta biċċa mużika a capella. Saru wkoll xi preżentazzjonijiet kemm lil Kaludi Kaludov kif ukoll lil Anna Dytry. Wara kemm it-tenur u s-soprana ċelebri ħallew messaġġ u ffirmaw fuq il-ktieb tal-viżitaturi.
Related Posts
Programm ta’ trażmissjonijiet virtwali fl-okkażżjoni tal-146 sena anniversarju mill-Fondazzjoni tas-Società Filamonica Nazionale La Valette
Is-Sibt 17 t’ Ottubru 2020 6.00pm – Inno La Valette 6.05pm – Kburin b’dak li għadda – L-ewwel Parti –…
ECCE HOMO
Ecce Homo, Hekk hu l-bniedem! Il-bniedem debboli imma f’saħħtu, il-bniedem umiljat imma mhux mirbuħ, il-bniedem imbiċċer imma mhux imkisser. Għaliex…





