Nhar is-Sibt 19 t’ Ottubru, fis-sede tas-Società tagħna saret il-Laqgħa Ġenerali. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju is-Sur Daniel Mangion, qara r-rapport ta’ ħidma li sar minn Mejju sa Ottubru, waqt li l-President elenka id-diversi xogħlijiet u proġetti li saru matul is-sentejn li għaddew. Waqt l-istess laqgħa s-Sur Jonathan Grima ġie ikkonfermat bħala President. Nirringrazzjaw lill-membri tagħna għall-preżenza numeruza tagħhom waqt din il-laqgħa.
Related Posts
Ċelebrazzjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-Arċipriet il-ġdid, il-Kan. David Cilia
Il-Banda tas-Società La Valette ser takkumpanja b’marċi l-korteo li ser iwassal lill-Arċipriet il-Ġdid, tal-Kolleġġjata Insinji ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt…
Is-Sur Jonathan Grima konfermat bħala President tas-Soċietà
Waqt is-Seduta Ġenerali tas-Sibt 19 ta’ Ottubru reġa’ ġie elett President is-Sur Jonathan Grima. Dan wara li ma kienx hemm…



