Tra Cielo e Cinema: is-Sagru u ċ-ċinema jiltaqgħu f’serata mtellgħa mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette

Il-kunċert Tra Cielo e Cinema ġie mniedi uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarjiet nhar il-Ġimgħa 10 ta’ April fis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt ittnedija, ġie mħabbar il-programm tas-serata li se ssir nhar l-20 ta’ Ġunju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tas-Surmast ta’ fama mondjali, il-Monsinjur Marco Frisina, u l-prim trumbettista tal-kompożitur ċelebri Ennio Morricone, Nello Salza.


Waqt diskors ta’ merħba, il-President tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette Jonathan Grima, qal li kien onorat li Mons Marco Frisina reġa’ laqa’ l-invit li jmexxi kunċert ieħor flimkien mal-orkestra tas-soċjetà. Huwa żied li l-kunċert mistenni jkun wieħed tassew speċjali hekk kif ser jinkludi wkoll is-sehem tal-prim trumbettista ta’ fama internazzjonali Nello Salza li x-xogħol tiegħu jinstema fl-ifjen siltiet mużikali ta’ Ennio Morricone, rebbiegħ tal-Premju Oscar, għall-aqwa mużika għall-films.


Il-Kunċert se jinkludi wkoll is-sehem tas-Soprana Rosabelle Bianchi, it-tenur Alan Sciberras, il-kor Cappella Caeciliana taħt id-direzzjoni ta’ Abraham D’Amato, kif ukoll isSurmast tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette Mro. Dominic Darmanin. Isserata tal-kunċert se tkun ippreżentata minn Mario Micallef.


Waqt il-konferenza L-Assistent Surmast Gilbert Farrugia, ippreżenta bijografiji tal-artisti internazzjonali filwaqt li l-arpista Jacob Portelli, interpreta La Califfa ta’ Ennio Morricone, u Jesus is My Life ta’ Mons. Marco Frisina.


Tra Cielo e Cinema se jsir nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2026 fi Pjazza Tatru Rjal. Il-biljetti
jinkisbu mis-Soċjeta’ stess jew minn showshappening.com