IR-REDENTUR

Min mar għabbielek salib aħrax fuq spallejk? Is-Salib, is-sinjal tas-saħta, l-għuda tal-ikkundannat, u int tgħannaqha miegħek Mulej, u int tbusha. Imma kif jista’ jkun? Aħna naħarbu minnu, aħna ma nistgħux naċċettawh fil-ħajja tagħna. Imma inti stess għedtilna li huwa parti integrali mill-ħajja tan-Nisrani.

L-ewwel vara tar-Redentur fil-kartapesta saret minn Saverio Laferla wara l-1730 iżda nbidlet fl-1830 b’xogħol ta’ Salvatore Psaila. Fl-1889 reġgħet inbidlet b’xogħol ta’ awtur anonimu iżda ma ntogħġbitx u allura fl-1894 Giuseppe Dimech ħallas biex saret il-vara preżenti attribwita lil Karlu Darmanin, bil-kundizzjoni li l-vara mwarrba ssir tiegħu. Ir-raġġiera tal-fidda nħadmet minn Silvestro Camilleri għall-ħabta tal-1830.