Nhar is-Sibt 19 t’ Ottubru, fis-sede tas-Società tagħna saret il-Laqgħa Ġenerali. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju is-Sur Daniel Mangion, qara r-rapport ta’ ħidma li sar minn Mejju sa Ottubru, waqt li l-President elenka id-diversi xogħlijiet u proġetti li saru matul is-sentejn li għaddew. Waqt l-istess laqgħa s-Sur Jonathan Grima ġie ikkonfermat bħala President. Nirringrazzjaw lill-membri tagħna għall-preżenza numeruza tagħhom waqt din il-laqgħa.
Related Posts
Is-Sopran Anna Dytry
Anna Dytry twieldet il-Polonja u tgħallmet taħt Kaludi stess fin-New Bulgarian University ta’ Sofia. Hija Solista fit-teatri ta’ Plovdiv u…



