Home » Is-Società » Surmastrijiet » Joseph Sammut

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Joseph Sammut

Is-Surmast Joseph Sammut twieled il-Belt Valletta. Huwa
studja t-teorija u l-istrument taħt missieru Vincent u l-armonija taħt is-Surmast Carmelo Pace. Ta’ Sbata il-sena kien diġà solist fl-Orkestra tas-”C in C” u ftit snin wara laħaq Surmast Direttur tal-istess orkestra. Fl-1952 huwa mar l-Ingilterra fuq scolarship tal-British Council fejn kompla l-istudji tiegħu għad-direzzjoni taħt il-magħruf Direttur tal-Orkestra Sir Malcolm Sargent. Lura Malta huwa kellu l-inkarigu li jifforma l-orkestra tal-British Council. Fl-1956 huwa reġa’ ngħata scholarship ieħor għal studju tal-Mużika Kontemporanja, taħt Dr Clarence Raybould.

Fl-1958 attenda kors ta’ studju fil-Guild Hall School of Music taħt it-tmexxija ta’ Kulleġġ ta’ mużika. Fl-1968 inħatar Surmast Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Manoel. Huwa kien ukoll Surmast Direttur tal-Filarmonika Leone ta’ Għawdex u Direttur tal-Chorus Melitensis. Huwa dderieġa l-Chorus Melitensis f’festivals fWales u fl-Italja. Huwa kiteb diversi kompożizzjonijiet varji fosthom ħames oratorji. Huwa mexxa l-Banda La Valette bejn is-sena 1970 u l-2007.

%d bloggers like this: