Home » Is-Società » Surmastrijiet » Domnic Darmanin

+356 21221818
lavaletteband1874@gmail.com
297, Republic Street, Valletta, VLT1110
Monday – Friday: 9:00 – 18:30

Arkivji

Domnic Darmanin

Mro. Domnic Darmanin twieled il-Belt Valletta fl-1962. Beda
l-istudji mużikali tiegħu fl-età ta’ 9 snin fl-iskola tas-Sależjani St Patrick’s f’Tas-Sliema. Tgħallem it-trumbun ta’ taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anthony Zammit u aktar tard, taħt il-gwida ta’ Mro. Paul Borg fejn akkwista tliet diplomi: ALCM, LLCM u FLCM. Studja l-armonija u l-kuntrapunt għġand il-mibki Mro. Carmelo Pace u għand il-Profs. Charles Zammit fejn iggradwa bid-diploma A.Mus.LCM.

Fl-1993 inħatar Surmast Direttur tas-Soċjetà Filamronika Pinto Banda San Sebastjan fejn waqqaf il-Pinto Brass Band kif ukoll inawgura l-ewwel sensiela ta’ Kunċerti Sinfoniċi. Huwa wkoll il-fundatur tal-ewwel kwartett tat-trumbuni f’Malta bl-istem ta’ The Four Tenors. Ħadem għal seba’ snin bħala mużiċist malOrkestra tat-Teatru Manoel. Huwa membru mal-Versatile Brass u dik li kienet il-Fredddie Mizzi Big band. Kompożitur ta’ diversi marċi għall-banda kemm brijużi u kemm funebri. Kiteb ukoll sensiela ta’ xogħlijiet klassiċi għall-banda.

Fl-2008 inħatar Surmast Direttur tas-Soċietà Filarmonika
Nazionale La Valette. Preżentament huwa għalliem tal-Mużika,
tal-Edukazzjoni Fiżika u tal-Matematika fl-iskola tas-Salesjani St Patrick’s.

%d bloggers like this: