Home » Articles posted by Carlfarrugia
Author Archives: Carlfarrugia
Jacob de Haan f’Malta fis-16 ta’ Marzu biex jidderieġi s-Societa Fil. Naz. La Valette
Wara s-suċċess miksub bil-kunċert ta’ Maestro Mons. Marco Frisina f’Novembru li għadda, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, ħabbret it-tieni kunċert b’kompożitur ta’ fama internazzjonali Jacob de Haan. Għalhekk is-sena 2024 se tkun sena mimlija b’avvenimenti li se jkomplu jiktbu l-istorja tad-deheb ta’ din is-soċjetà.
F’attività li saret is-Sibt filgħodu il-President Jonathan Grima ħabbar lill-membri preżenti l-kunċert se jsir fis-16 ta’ Marzu 2024 fit-8pm fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl l-Imdina.
Il-kompożitur Olandiż Jacob De Haan flimkien mal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette ser itellgħu il-kunċert ‘Missa Brevis’.
Il-Kompożitur Jacob De Haan twieled fit-28 ta’ Marzu tal-1959 f’Heerenveen, l-Olanda. De Haan huwa wieħed mill-aktar kompożituri bandistiċi popolari ta’ żmienna.
Huwa ħadem id f’id mad-dar ta’ pubblikazzjoni Olandiża De Haske fuq numru ta’ kompożizzjonijiet u arranġamenti għal diversi line-ups.
Il-kompożizzjonijiet ta’ De Haan, b’bosta minnhom miktuba fuq kummissjoni, huma magħrufa mad-dinja kollha, speċjalment dawk ix-xogħlijiet li huma bbażżati fuq stil li jixbaħ l-istil użat f’diversi soundtracks ta’ films.
Ix-xogħlijiet tiegħu għall-banda jvarjaw minn kunċerti li huma teknIkament diffiċli għal xogħlijiet aktar qosra, kompożizzjoniijet oħra għal tfal, musica da camera kif ukoll marċi serji. Huwa ħadem ukoll għadd ta’ arranġamenti ta’ xogħlijiet klassiċi u korali.
De Haan studja l-mużika u l-orgni f’The Music Academy f’Leeuwarden. Sussgwentament, insibuh jgħallem lill-istudenti fl-istess konservatorju b’mod speċjali fit-tekinka tal-arranġamenti. Fl-2003 huwa ingħata premju għax-xogħlijiet tiegħu minn The Frisian regional broadcasting company.
Is-surmast Jacob De Haan jkun spiss mitlub jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu, mhux biss fl-Ewropa iżda anke ġewwa l-Awstralja u l-Istati Uniti, kif ukoll minn żmien għal żmien huwa jservi bħala membru tal-ġurija f’kompetizzjoniijet internazzjonali. De Haan jieħu sehem ukoll f’diversi workshops b’mod speċjali dawk li jittellgħu f’ The Bavarian Music Acadamy ġewwa l-Ġermanja.
Fil-kunċert tas-16 ta’ Marzu se jieħdu sehem ukoll is-Sopran Rosabelle Bianchi, il-Baritonu Louis Andrew Cassar kif ukoll il-vjolonist George Curmi, l-Pusé.
Il-biljetti għal din l-attività jinkisbu kemm mis-Sede tas-Soċjetà kif ukoll mis-sit showshappening.com.
Ara l-Kunċert Apostolo delle Genti
Għal dawk li ma attendewx għall-kunċert Apostolo delle Genti ta’ Mons Marco Frisina, issa għandhom iċ-ċans jaraw u jisimgħu dan il-kunċert grazzi għal NET Television li xandar dan il-kunċert nhar il-Ħadd.Minn hawn nawguraw lill-mużiċisti kollha li taw u għadhom jagħtu servizz lill-Banda tagħna!
Il-Bijografija ta’ Mro Cardenio Botti
Il-Bijografija Ta' Mro Cardenio BottiIl-Bijografija Ta' Mro Cardenio Botti
Posted by Societa Filarmonica Nazionale La Valette – A.D. 1874 on Thursday, August 25, 2022
Imniedi uffiċjalment Radio La Valette
Illum tnieda uffiċjalment Radio La Valette b’attività uffiċjali fis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette AD 1874 lejliet il-146 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà. Dan ir-radio huwa servizz ta’ xandir varjat bis-saħħa ta’ għadd sabiħ ta’ kontributuri u xandara għall-komunità Beltija u għall-ammiraturi tagħha mxerrdin fil-gżejjer Maltin.
Ix-xandiriet qed ikunu trasmessi mill-istudios li saru apposta fis-sede tal-istess Società bil-kolloborazzjoni ma’ Radio City li qed ixandar fuq il-frekwenza 98FM.
L-iskeda hija waħda varjata bi programmi ta’ tagħrif dwar il-Belt Valletta; mużika klassika, minn films, Maltija, Taljana u marċi popolari; persunalitajiet Beltin; programmi għaż-żgħażagħ u sportivi; kif ukoll dwar is-suċċessi tal-Filarmonica La Valette tul il-146 sena tal-istorja brillanti tagħha. Fost il-preżentaturi wieħed isib lil Charles Coleiro, Vince Fabri, Tonio Bonello u Joseph Chetcuti.
Carmel Zammit il-propjetarju ta’ Radio City qal li b’din il-kollaborazzjoni mas-Società La Valette, ir-radju se jkompli jkabbar is-sens ta’ komunita tar-radju.
Il-Viċi President Lino Bartolo tkellem dwar il-ħidma li saret biex jitwettaq dan il-proġett kif ukoll elenka l-lista ta’ programmi tal-iskeda.
Il-President is-Sur Jonathan Grima qal li s-Società qed tħares b’viżjoni lejn il-150 sena mit-twaqqif tas-Societa erba’ snin oħra u dan huwa biss wieħed mill-proġetti għal dan l-anniversarju importanti.
Fl-aħħar tal-konferenza saret preżentazzjoni minn Dr Tonio Portughese tad-DVD tal-Kunċert Omaggio a Giuseppe Verdi li kien ntwera live fuq TVM u li kien sar f’Novembru li għadda mis-Societa lill-President is-Sur Jonathan Grima.
L-għan ta’ “Radio La Valette” huwa li jwassal id-diversi aspetti tal-patrimonju storiku, kulturali u mużikali, flimkien ma’ mumenti rilassanti ta’ divertiment varjat, kif ukoll dwar l-aqwa kisbiet tal-ewwel Soċietà mużikali bi statura nazzjonali tal-Belt Valletta. Huwa xhieda tal-impenn kostanti tad-direzzjoni tas-Soċietà Nazzjonali biex issaħħaħ ir-rilevanza soċjali tagħha billi tuża l-mezz effettiv tax-xandir bir-radio.
Is-sehem tal-Banda waqt iż-żjara tal-President ta’ Malta
::::::: ATTENZJONI :::::::
MINĦABBA IS-SITWAZZJONI LI DEJJEM QED TIŻVILUPPA TAL-COVID-19 DIN L-ATTIVITA ĠIET POSPOSTA GĦAL DATA OĠRA AKTAR IL-QUDDIEM. NISKUŻAW RUĦNA TA’ KULL INKONVENJENT.
Nhar il-Ġimgħa s-Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette ser tkun qed iddoqq waqt iż-żjara uffiċjali tal-President ta’ Malta, Dr George Vella fil-Belt Valletta.
Għalhekk inħeġġu lill-partitarji tagħha biex jattendu għas-sehem tal-Banda għal ħabta tas-7.00p.m. fi Pjazza San Ġorġ. Wara kif jasal quddiem il-każin ser jiġi ppreżentat bukkett fjuri lis-Sinjura Vella u l-marċ jibqa’ tiegħla sal-Barrakka ta’ Fuq.